Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE ORDINATION OF EIGHT DEACONS

Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun

14 ta’ Ottubru 2011


Ħuti,

Aħna bħala nsara nqiegħdu l-ġrajjiet kollha li ngħaddu minnhom fil-kuntest ta’ żewġ ġrajjiet li huma l-aktar importanti għall-fatt li aħna neżistu. L-ewwel fatt huwa li Alla l-Imbierek ħalaq kollox u għamel il-bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu.  It-tieni fatt importanti fl’interpretazz-joni ta’ l-istorja tagħna huwa li l-bniedem dineb u allura hemm storja oħra parallela miexja… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE 40TH ANNIVERSARY OF THE GRUFAN MOVEMENT

Konkatidral, ta’ San Ġwann

15 ta’ Ottubru, 2011


Ħuti aħna ġejna flimkien biex niċċelebraw l-erbgħin anniversarju tat-twaqqif tal-familji nsara tal-Grufan.  U naħseb li hemm żewġ raġunijiet prinċipali tal-ferħ tagħna.  L-ewwelnett għaliex dan il-moviment qiegħed madwar iż-żwieġ u l-familja u aħna nafu li Alla l-Imbierek, il-pjan tiegħu fiż-żewġ mumenti importanti ħafna għaqqadhom ma’ din ir-realta taż-żwieġ u l-familja… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE BEATIFICATION OF SR ENRICHETTA ALFIERI

Konkatidral ta’ San Ġwann

25 ta’ Settembru 2011

Eċċellenza President ta’ Malta, Dr George Abela.

Ħuti,

aħna ġejna hawnhekk illum biex flimkien mal-Knisja universali u b’mod speċjali mas-Sorijiet tal-Karita, aħna nifirħu għaliex membru tal-Kongregazzjoni tagħhom, Sr Enrichetta Alfieri, il-Mulej ta grazzja permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu li l-Knisja tirrikonoxxi li għandha messaġġ speċjali li kapaċi jkun ta’ dawl għalina lkoll… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON INDEPENDENCE DAY 2011

St. John’s CoCathedral

21st September 2011

Your Excellency President of Malta and Mrs Abela,

Brothers and Sisters,

By his very nature, man finds the need to recall to mind those events which have left an impact in his life.  When he recalls these events, they do not simply continue to form part of his memory but rather they encourage him to undertake a renewed reflection upon that which he lived through in previous years… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING THE OPENING OF THE VOCATIONS’ CENTRE PASTORAL YEAR

Seminarju, tal-Virtu

17 ta’ Settembru 2011

Ir-riflessjoni li aħna nagħmlu bħala nsara nagħmluha dwar il-kelma t’Alla.  Il-mistoqsijiet li jagħmel il-bniedem li jemmen ma jippruvax isolvihom biss bil-moħħ tiegħu imma jsolvihom billi jisma’ l-kelma t’Alla u jkun jaf it-tweġiba.  U meta aħna ngħidu: imma x’inhi d-dinjita tal-bniedem?  U aħna naqraw fil-kelma t’Alla li Alla l-Imbierek ħalaq lil kull bniedem, raġel u mara, xbieha tiegħu.  … Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON VICTORY DAY 2011

KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

8 ta’ Settembru 2011

Ħuti,

Aħna bħala poplu Malti qegħdin niċċelebraw dawk il-mumenti fl-istorja tagħna meta Malta ħelset minn żewġ Assedji: dak fl-1565 u dak fl-1943. Kull mument fih importanza fih innifsu fl-istorja tal-persuna jew tal-pajjiż.

Aħna llum qegħdin hawnhekk proprju biex napprezzaw dawn il-mumenti fl-istorja tagħna li kienu bidu ta’ sensiela li sawret l-istorja tagħna… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE NEW CLOISTERED NUNS FOUNDATION IN GOZO

Dar tal-Klarissi, San Ġiljan

20 ta’ Awwissu 2011

Ħuti,

Intom għażiltu l-jum u l-jum huwa marbut mal-Liturġija tal-Ħadd,  allura jien se nieħu xi siltiet, mill-Kelma ta’ Alla tal-ġurnata għall-aħwa li sejrin Għawdex. Għax dawn iż-żewġ lezzjonijiet donni rajthom li bihom il-Mulej jaf jipprovdi r-riflessjonijiet tiegħu. Għalhekk jien ħadt siltiet mill-Ittra lir-Rumani u mill-Vanġelu skont S… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE FEAST OF THE ASSUMPTION OF OUR LADY

Knisja Parrokkjali, ħ’Attard

14/08/011

Ħuti,

aħna llum qegħdin niċċelebraw is-solennita tat-tlugħ fis-sema ta’ Sidtna Marija. Aħna bħala bnedmin nemmnu f’dak il-misteru li meta mmutu hija r-ruħ tagħna li titla’ għand Alla l-Imbierek imma fl’aħħar taż-żminijiet il-ġisem tagħna li kien trab, dak il-ġisem li ġo fih hemm iż-żerriegħa tad-dnub, jerġa jsir ġisem glorjuż.  Fil-każ ta’ Sidtna Marija dan ma seħħx… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE ORDINATION OF 12 NEW PRIESTS

3 ta’ Lulju 2011

Ħuti,

Aħna qegħdin miġburin bħala komunita nisranija biex nassistu għal wieħed mis-sagramenti li, permezz tagħhom, Alla l-Imbierek jagħti l-grazzji tiegħu.

Illum il-Knisja, permezz tiegħi se tagħti l-Orni Sagri tal-presbiterat il dawn it-tnax il-djaknu. U meta aħna qed nitkellmu fuq l-għoti ta’ dan is-sagrament, irridu nikkonsidraw anke żewġ affarijiet differenti.

L-ewwelnett hija l-qawwa li tiġi permezz ta’ dan is-Sagramnent… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING A MASS FOR WIDOWS AND WIDOWERS

Kappella ta’ Kristu Re, Mrieħel

25/06/11

Ħuti,

Snin ilu kont Pirjol, u niftakar li konna bdejna Ladies’ Circle u kien hemm xi ħadd u qalli:  “Isma’ għaliex ma nibdewx ukoll grupp tar-romol?”  Għaliex ovvjament f’kull ċirkostanza tal-ħajja l-iktar persuna li tista’ tifhmek hija l-persuna li tgħaddi mill-istess esperjenza.  U din il-persuna qaltli:  “Jekk inlaqqgħu dawn ir-romol ikunu t’appoġġ għal xulxin… Read more »