Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING THE CHRIST THE REDEEMER PILGRIMAGE IN SENGLEA

Knisja tar-Redentur, l-Isla

16 ta’ Marzu 2012

Ħuti,

Aħna għamilna dan il-pellegrinaġ flimkien, din il-mixja akkompanjati mix-xbieha tar-Redentur.  Ġejna hawnhekk għaliex ilkoll inħossuna imqanqlin minn dak li jirrapreżenta lir-Redentur, dak li ta ħajtu għalina biex aħna jkollna l-ħajja, u l-ħajja ta’ dejjem.

Xtaqt illum nitkellem fuq tliet mixjiet li rridu jdawwlulna t-triq tagħna fil-ħajja tagħna bħala nsara.  … Read more »

ARCHBISHOP GUZEPPI MERCIECA’S MESSAGE ON THE 60TH ANNIVERSARY OF HIS ORDINATION TO THE PRIESTHOOD

Katidral tal-Imdina

8 ta’ Marzu 2012

Il-Missjoni tas-Saċerdot

Fil-bidu tal-ftit riflessjonijiet li jiena nixtieq nagħmel f’din il-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla fl-okkażjoni tas-Sittin Anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħi, irrid nistqarr ir-rikonoxximent tiegħi lir-Reverendissimu Kapitlu Metropolitan, li għogbu jorganizza din iċ-ċelebrazzjoni.

Apprezzajt ħafna meta, xi ġimgħat ilu, ġie għandi, l-Imdina, Mons. Karm Zammit biex jurini x-xewqa tal-Kapitlu Metropolitan li jagħmilli l-festa ta’ dan l-anniversarju.  … Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING MASS FOR FEAST ORGANISERS

KonKatidral ta’ San Ġwann

23 ta’ Frar 2012

Ħuti,

Il-laqgħa tagħna din is-sena għamilniha propju fil-bidu tar-Randan; fl-Erbgħa tal-Irmied. Għamilna l-irmied fuq moħħna biex ngharfu l-verita, il-verita li hemm tistenniena f’ħajja  differenti, għax dik ta’ din l-art tintemm bħal ma jintemm l-irmied.  Bdejna din il-mixja li se teħodna għal misteri kbar tat-tbatija, il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesu… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING MASS FOR COUPLES GETTING MARRIED IN 2012

KonKatidral ta’ San Ġwann

12 ta’ Frar 2012

Ħuti,

Ovvjament kull wieħed u waħda minnkom jista’ jirrakkonta  l-esperjenza tiegħu tul l-għerusija.  Intkom ilkoll qed tħejju lilkom infuskom għaż-żwieġ tagħkom u qegħdin hawnhekk fil-Knisja illum għax iż-żwieġ tagħkom għażiltu li jkun żwieġ sagrament jiġifieri li joħroġ mill-fidi tagħkom bħala nsara u li jkun ukoll sinjal tal-fidi tagħkom nisranija… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE EPISCOPAL ORDINATION OF MGR PROSPERO GRECH O.S.A.

Konkatidral ta’ San Ġwann

8 ta’ Frar 2012

Ħuti,

Aħna lkoll ħadna l-aħbar bil-ferħ li Patri Prospero Grech, Agostinjan kien magħżul mill-QT il-Papa biex ikun wieħed fost il-kardinali li se jiġu mogħtija l-kardinalat fil-Konċistoru tat-18 ta’ dan ix-xahar.  U fit-triq lejn din il-kardinalat, illum lil P. Prospero Grech il-Knisja se tagħnih bl-ordinazjoni episkopali. Issa waqt din iċ-ċelebrazzjoni huwa se jsir Isqof… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE FEAST OF THE CONVERSION OF ST PAUL

Katidral tal-Imdina

29 ta’ Jannar 2012

Ħuti,

Aħna ġejna hawnhekk illum f’dan il-katidral biex nagħtu ġieħ lil dan l-episodju tant importanti fil-ħajja ta’ S. Pawl imma wkoll tant importanti fil-ħajja tal-Knisja: l-konverżjoni ta’ Missierna S. Pawl fit-triq ta’ Damasku.

Aħna nafu, ħuti, li wara d-dnub tal-bniedem, ir-relazzjoni ta’ Alla mal-bniedem kellha tieħu aspetti differenti… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE FIFTH ANNIVERSARY OF HIS EPISCOPAL ORDINATION

Konkatidral, ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

22 ta’ Jannar 2012

Ħuti,

Nirringrazzjakom talli ġejtu miegħi biex jiena nagħmel dan is-sagrifiċju ta’ radd il-ħajr lil Alla fil-ħames anniversarju ta’ meta l-Q.T. il-Papa għoġbu jaħtarni  Isqof ta’ din il-gżira.

L-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħok hija l-anniverarji jiswew biex aħna niftakru propju fil-ħin ta’ meta saret il-ġrajja.  … Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING MASS FOR COUPLES MARRIED IN 2011

Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta

14 ta’ Jannar 2012

Ħuti,

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil Franklyn u lil Antonella ta’ din l-esperjenza li qasmu magħna f’dawn l-ewwel xhur taż-żwieġ u kif spjegawlna huma jidhru li l-esperjenza tagħhom qed jibnuha fuq is-sod.

Jiena xtaqt li naqsam magħkom xi ħsibijiet.   … Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE ON THE OCCASION OF THE NEW YEAR

KonKatidral ta’ San Ġwann, Valletta

31 ta’ Diċembru 2011

Ħuti,

f’dan il-lejl ir-realta ċivili tgħidilna fuq il-valur ta’ dan in-nofs il-lejl li minn hawn u ftit ieħor se nkunu niċċelebraw is-sena 2012.  Biss, aħna bħala bnedmin nifhmu li l-kelma żmien jista’ jkollha tifsiriet oħrajn; mhuwiex mument wieħed waħdu.  U anke ċivilment f’din l-aħħar tas-sena aħna bilfors inħarsu lejn l-imgħoddi, din is-sena li għaddiet, u naraw din is-sena x’effett se tħalli fuqna u forsi x’se tħalli wkoll fuq in-nies ta’ madwarna, forsi l-għeżież tagħna… Read more »

ARCHBISHOP’S MESSAGE DURING MIDNIGHT MASS

Katidral tal-Imdina

25 ta’ Diċembru 2011

Ħuti,

aħna ġejna hawnhekk biex nerġgħu nġeddu t-tifkira tal-miġja tas-Salvatur tagħna fostna taħt forma ta’ tarbija.   U ġejna hawnhekk għaliex aħna nemmnu li t-twelid ta’ Ġesu tarbija ma kienx maħsub biss biex iwassalna għall-ħajja ta’ dejjem imma l-miġja tas-salvatur tagħna kienet maħsuba wkoll biex aħna nbiddlu l-istil tal-ħajja tagħna fuq din l-art biex dan l-istil tal-ħajja tagħna ikun triq li mbagħad twassalna għal ħajja ta’ dejjem… Read more »