Archbishop Emeritus Mgr Paul Cremona O.P.’s Messages

Archbishop’s message during the Episcopal Ordination of Monsignor Charles J. Scicluna

Saturday 24th of November 2012

St. John’s Co-Cathedral

Your Excellency, President of Malta, Eminencies, Excellencies, brothers and sisters.

We are gathered here today for the Episcopal Ordination of Monsignor Charles Scicluna in celebrating his election as Auxiliary Bishop of the Church in Malta. We start by thanking God for choosing people to be so close to his salvific will for men… Read more »

Archbishop’s message on Remembrance Day 2012

Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

11 ta’ Novembru 2012

Illum qegħdin niċċelebraw Jum it-Tifkira, biex ma ninsewx lil dawk li taw jew ipperikolaw ħajjithom fl-aħħar żewġ Gwerer Dinjija. Ikun hemm xi wħud minna li f’dan il-Jum jiftakru fl-għeżież tagħhom li tilfu fil-gwerra, u allura t-tifkira tkun ħafna iktar personali u allura iktar emottiva għal din it-telfa… Read more »

Archbishop’s message on the Ordination of six deacons

Knisja Parrokkjali, il-Mosta

4 ta’ Novembru 2012

Ħuti, permezz tas-sagramenti, Alla l-Imbierek għoġbu jagħti lill-Knisja il-mezzi kollha biex wieħed ikun jista’ jitqaddes. Fost dawn is-sagramenti huwa tana wkoll l-Ordni Sagri għaliex bħal kull ġemgħa oħra għandna bżonn dawk li jmexxuna u li jgħallmuna. L-Ordni Sagri għandu tliet gradi: il-pjenezza tas-saċerdozju ministerjali qiegħda fl-Isqof, imbagħad għandna l-presbiteri, is-saċerdoti, il-qassisin, imbagħad għandna d-djakni… Read more »

Archbishop’s message on the 175th anniversary of the statue of the Assumption

Qrendi

30 ta’ Ottubru 2012

Ħuti, statwa ta’ S. Marija li aħna qegħdin niċċelebraw illum, mija u ħamsa u sebgħin sena, nippruvaw nagħmlu meditazzjoni fuqha ħalli tgħinna nikbru fil-ħbiberija tagħna ma’ Binha.

Kif jibdew l-istatwi?  Ikun hemm komunita,  komunita li jkollha ħafna fidi fil-Madonna u forsi xi ħadd, min jaf min kien, ġieħ l-ħsieb li kieku aħna ngħinu l-fidi tagħna billi jkollna xbieha, allura nistgħu nużaw is-sensi tagħna, narawha biex il-fidi tagħna nkunu nistgħu ngħixuha iktar… Read more »

Archbishop’s message on the tenth anniversary of Lija and Iklin Football Nursery

27 ta Ottubru 2012

Aħna l-ewwel raġuni għaliex niġu fil-knisja hija biex ngħidulu grazzi lil Mulej. Grazzi talli-ħlaqt id-dinja, grazzi talli għamilt lil bniedem jixbah lilek fuq xbieha tiegħek, grazzi ta’ dan kollu għax kull  m’għandna ġej minnek. It-tieni raġuni għaliex nirringrazzjaw lil Mulej għaliex wara li ħalaq kollox, Alla l-Imbierek ma ħallihx jimxi waħdu. Kien hemm il-bniedem u qallu: issa tajtek dan kollu, issa trid tieħu ħsiebu inti, per eżempju s-siġra tagħmilha injama, dawn l-affarijiet kollha!   … Read more »

Archbishop’s message on the 50 years from the religious profession of Sr Monica Mifsud

Kappella ta’ Ġesu Nazzarenu, iż-Żejtun

14 ta’ Ottubru 2012

Ħamsin sena ilu Sr Monica quddiem Alla l-Imbierek għamlet il-wegħdiet tagħha. Ħa nfakkarkom bejn wieħed u ieħor, x’inhuma l-wegħdiet. Kienet professjoni perpetwa,  jiġifieri dak iż-żmien lill-Mulej qaltlu: jiena ħajti se nagħtihielek; indum ngħix kemm indum ngħix, ħajti mhux se tibqa tiegħi, imma se tkun tiegħek. Għalhekk hija perpetwa biex il-Mulej ikun jista’ jiddisponi minnha… Read more »

Archbishop’s message at the Diocesan Assembly 2012

Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara
6 ta’ Ottubru, 2012

Il-Ħtieġa tal-Fidi

Fil-preżentazzjoni tal-pastorali għamilt mistoqsija għalija, nittama li ngħinkom mhux infixkilkom.  U l-mistoqsija li għamilt: għaliex il-fidi? Mhux x’inhi l-fidi, imma għaliex hemm bżonn il-fidi?  U se nipprova nagħmel daqsxejn ta’ riflessjonijiet, kif deherli jien, għaliex għandna bżonn il-fidi.

Skont il-Ktieb tal-Ġenesi, fl-ewwel u t-tieni kapitli, ma kienx hemm bżonn fidi.  … Read more »

Archbishop’s message during a seminar for new teachers of Church Schools

Il-Kurja, Floriana

20 ta’ Setttembru 2012

l-Lezzjonijiet tal-lum m’għażilnihomx aħna, mela jiena nħoss li kien hemm il-messaġġ li Alla l-Imbierek irid jibagħtilna llum.

Fil-fatt fl-ewwel lezzjoni ta’ S. Pawl lil-Korintin,  S. Pawl qisu għaddej mill-istess esperjenza; qiegħed jibni komunita’ f’Korintu u qiegħed jgħidilhom dak li jgħin lil-komunita tikber, x’inhu dak li jgħin lil komunita. Xtaqt infakkarkom daqsxejn f’dak li jgħid S… Read more »

Archbishop’s Message on Independence Day

Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

21 ta’ Settembru, 2012

Eċċellenza President ta’ Malta u Sinjura Abela,

Ħuti,

Il-Festi Pubbliċi li niċċelebraw f’pajjiżna, bħalma jagħmlu pajjiżi oħra, huma magħqudin mal-istorja tagħna. Għadna kemm iċċelebrajna l-Festa tal-Vitorja, li taħbat mal-Festa Liturġika ta’ Marija Bambina meta nfakkru t-tmiem tal-Assedju u t-Tieni Gwerra Dinjija.   … Read more »

Archbishop’s message at the opening of a New Centre for Vocations, at the Seminary

Seminarju tal-Arcisqof, Tal-Virtu, Ir-Rabat

1 ta’ Settembru 2012

It-tlett lezzjonijiet li kellna llum juruna x’inhija l-funzjoni tas-saċerdot.  U kont nispjegaha hekk:  is-saċerdot huwa dak li għamel Ġesu, allura li kien ġdid għax għamlu Ġesu,  jgħaddih lilna. U t-tlett lezzjonijiet tal-lum qed jagħtuna tlett eżempji li huma differenti f’dan id-dawl.

Fl-ewwel lezzjoni tal-lum kellna lil Mose u qiegħed jgħid lill-poplu tiegħu: “Min qatt kellu Alla bħalma għandna aħna li huwa qrib tagħna  li kapaċi jimxi magħna, li kapaċi jiddefendina?”  U dawn kienu għadhom ma rawx la lil-Iben t’Alla isir bniedem u lanqas kienu raw lil Iben t’Alla iktar u iktar isir Ewkaristija… Read more »