-
-
***
Direttur: John Wells
Atturi: Bradley Cooper, Sienna Miller, Emma Thompson
Ħin: 101 minuti
Klassifika tal-Gvern: 15
Klassifika tal-Knisja: 15
Adam Jones huwa amerikan; huwa kien wieħed mill-aqwa chefs f’Pariġi iżda tilef l-impjieg tiegħu u farrak il-karriera tiegħu ħtija ta’ l-abbuż mid-droga u l-alkoħol, kif ukoll il-karattru diffiċli tiegħu. Wara li jagħmel żmien ta’ penitenza li fih jieqaf jixrob u jieħu d-droga, Adam jerħiela lejn Londra biex jerġa jibda l-karriera tiegħu mill-ġdid, bit-tama li jakkwista t-tielet stilla ta’ Michelin. Iżda ma jkunx baqgħalu ħbieb Londra, u għalhekk jikkontatja lil Tony, ħabib antik minn Pariġi u li issa qed imexxi restaurant mill-aqwa f’Londra. Adam jipperswadi lil Tony iħallih jieħu ħsieb il-kċina tar-restaurant hu; huwa jimpjega miegħu xi nies li kien jafhom qabel u xi oħrajn ġodda, u jibda jaħdem biex jilħaq it-tir tiegħu li jakkwista dik l-istilla ta’ Michelin. Adam huwa perfezzjonist u dawk li jaħdmu miegħu ikollhom isofru s-swat ta’ lsienu, xi ħaġa li tirrabjhom, u jibdew idabbru rashom.
Film drammatiku dwar chef li jħejji ikel lussuż iżda li fl-istess ħin għandu karattru supperv u li jnaffar in-nies. Jieħdu sehem fih għadd ta’ atturi ta’ kalibru, fosthom Bradley Cooper, li jagħtu reċtar tajjeb ħafna. L-iscript iżda idaħħal ħafna affarijiet li jingombrawh. Il-film fih temi maturi, bħal omosesswalita’, u ħafna kliem ħażin. Jgħodd għal dawk minn 15 il-sena ‘l fuq.
-
-