• ***

    Direttur: Zack Snyder
    Atturi: Ben Affleck, Henry Cavill, Amy Adams
    Ħin: 151 minuti
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
    Klassifika tal-Gvern: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Wara l-ġlieda enormi ta’ Superman kontra l-Ġeneral Zod, Metropolis sfat meqruda għal kollox, u Superman sar l-iktar persuna kontraversjali fid-dinja. Filwaqt li għal xi wħud hu għadu l-emblema tat-tama, għadd dejjem jiżdied ta’ nies iqiesuh bħala theddida għall-umanita’, u qed ifittxu li ssir ġustizzja għal kaos li ġieb fid-dinja. Għal Bruce Wayne, jew kif inhu mgħaruf, Batman, m’hemmx dubju li Superman hu ta’ periklu għas-soċjeta’. Batman jinsab inkwetat dwar il-ġejjieni tad-dinja jekk Superman, li juża’ l-qawwa kbira tiegħu bla kont, ma’ jiġix ikkontrollat. Għalhekk huwa jxidd il-maskla u l-kappa tiegħu biex isewwi l-ħsara ta’ Superman. Ir-rivalita’ bejn dawn it-tnejn hija qalila, imkebbsa minn sens ta’ mrar u tpattija, u xejn ma’ jista’ jwaqqafhom milli jerġgħu lura minn din il-ġlieda. Iżda issa titfaċċa theddida kerha ġdida, f’forma ta’ bniedem ieħor, wieħed li għandu qawwa akbar minn kull wieħed minnhom li jipperikola d-dinja u jwettaq qerda totali.
    Film t’azzjoni u avventura, fi 3D, ibbażat fuq l-istejjer tal-comics. Fih għadd ta’ atturi tajbin u ħafna azzjoni. Il-film fih ħafna vjolenza qawwija u xi xeni ta’ senswalita’. Jgħodd għal dawk il-fuq minn 15 il-sena.