-
ARBITRAGE
-
***
Direttur: Nicholas Jarecki
Atturi: Richard Gere, Susan Sarandon, Tim Roth, Brit Marling, Laetitia Casta u Nate Parker
Ħin tal-film: 100 min.
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15
Robert Miller, ras kbira fid-dinja finanzjarja, jmexxi flimkien mat-tifla tiegħu Brooke, kumpanija li issa, li wasal għas-sittin sena, ddeċieda li jbiegħ il-kumpanija bi profit kbir. Iżda sfortunatament, mingħajr ħadd ma jaf xejn, lanqas it-tifla, Miller jirnexxielu jiffalisifika l-kotba tal-kumpanija biex b’hekk jaħbi telf ta’ investiment li kien sejjer iġibu fl-inkwiet u li jiġi arrestat għal frodi. Tard bil-lejl kien qiegħed jirritorna d-dar mas-sieħba tieghu, Julie Cote, Miller jorqod fuq l-isterling, b’riżultat li l-karozza li kien fiha hu u s-sieħba, tispiċċa mfarrka. Julie tmut waqt li hu jirnexxielu joħroġ minnha. Iżda biex ma jinqabadx u ssir taf martu Ellen u James Mayfield li kien sejjer jixtri l-kumpanija, Miller iħalli x-xena tad-disgrazzja għalkemm hu stess kien mweġġa. Miller isejjaħ lil Jimmy Grant, żagħżugħ ta’ tlieta u għoxrin sena minn Harlem u li kellu xi każijiet kriminali, biex jiġi jgħinu u jieħdu lura d-dar. Hekk kif jasal id-dar, Miller jirnexxielu jidħol fis-sodda fl-4.30 am. Din il-wasla tiegħu f’dan il-ħin qajjmet suspett f’martu. L-għada fil-għodu, Miller jiġi nterogat minn detektiv Bryer li juri li kien ħerqan ħafna biex jarresta lil Miller u jixliħ bi qtil involontarju. Brooke sadanittant tiskopri t-taħwid li għamel missierha u tirrealizza li hi stess tista’ tiġi mdaħħla fil-każ ta’ frodi. Għalhekk hi taffronta lil missierha. Jimmy minnaħa l-oħra jiġi arrestat u jitpoġġa fuq att ta’ akkuża. Jimmy iżda qatt ma jammetti li kien b’xi mod imdaħħal f’dan il-qtil involontarju. Kif sejjer joħroġ minn din il-kobba mħabbla hekk kif Miller ikompli jsib skuża wara skuża, gidba wara gidba biex jipprova joħrog minnha? Tgħid jirnexxielu u kif?
Film maħum tajjeb ħafna, bi storja tajba fejn juri l-qerq u l-manipulazzjoni ta’ bniedem għani u importani, li biex jahbi l-iżball tiegħu, jkun lest li jġib kull zguża iżda le qatt ma jammetti d-dgħjufija tieghu. Minħabba l-istorja fiha nfisha jkun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax –il sena.