L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta jħabbar il-pubblikazzjoni ta’ ‘Kelma ta’ Ħabib’, il-ħames volum bid-diskorsi tal-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-2019. Dan il-ktieb ta’ 500 paġna jinkludi 50 paġna ta’ ritratti bil-kulur li ttieħdu f’diversi ċelebrazzjoniijiet fil-parroċċi u attivitajiet oħra. Permezz tal-kelma tiegħu, sempliċi iżda profonda, diretta u msejsa fuq l-Evanġelju, Mons. Arċisqof jistieden lil kull persuna sabiex tkun ħmira li tkattar il-ġid fis-soċjetà. Il‑ktieb huwa sponsorjat mill‑APS Bank.
‘Kelma ta’ Ħabib’ jinbiegħ għall-prezz ta’ €12.
Wieħed jista’ jakkwistaħ mill-Cash Office tal-Kurja tal-Arċisqof.