• The Amazing Spider-Man 2

  • ****

    Direttur:          Marc Webb
    Atturi:             Andrew Garfield, Emma Stone, Jamie Foxx, Dane DeHann, Cambell Scott, Embeth Davidtz, Colm Feore u Paul Giamatti
    Ħin tal-Film:    142 min.
    Maħruġ minn KRS Film Distributors
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:     PG
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:          12A
     
    Peter Parker ikompli jissara mal-ħażen li hemm ġewwa New York. F’dan it-tieni film: THE AMAZING SPIDER-MAN 2,  jkompli fejn ħalla fl-ewwel wieħed. Għalkemm għadu student, Peter jieħu r-responsabilta` li jara li jxejjen u jġib fix-xejn dawk kollha li jippruvaw jwettqu ħsara  liċ-ċittadini ta’ New York mingħajr ma joqgħodu jqisu kemm miżerja ġġibu bl-azzjonijiet tagħhom. Peter jibda jinvestiga  ta’ eżattament x’kien ġara lill-missieru u lill- ommu u jipprova jsib il-verita` ta’  x’kien ġara. Din l-investigazzjoni kienet sejra tkun l-akbar battalja li qatt ma sab ruħhu fiha għaliex din kienet battalja fih innifsu iżda fl-istess waqt ma setgħax jinsa l-obbligu li kellu li jkompli jħares iċ-ċittadini ta’ New York. Peter kien iħossu tant ħieles itir minn binja għal oħra, liebes ta’ brimba, bi ħjut deħlin u ħerġin mill-polz  u jwettaq dak li kien impossibli li xi ħadd ieħor iwettqu. Peter biss kellu il-ħila li jagħmel dak li kien jagħmel.  Peter ukoll kien isib il-ħin biex iqattgħu mal-maħbuba tiegħu Gwenn li hu kien iħoss li hi kienet il-moħħ wara dak kollu li kien jagħmel. Iżda din id-darba, Peter isib għadma iebsa għaliex kien sejjer joħodha ma’ kumpanija ġganteska u ta’ qawwa kbira: Electro.  Kif sejjer Peter irażżan din il-kumpanija li l-għan tagħha kien li taħkem għal kollox l-belt ta’ New York barra li kellha l-għan ukoll li tipproduċi armi biologiċi. Tgħid jirnexxielu?

    Film maħdum b’sengħa kbira, b’hafna avventuri li jidhol għalihom Spider-Man li jħalluk bla nifs. Għal darb’oħra Spider-Man  jerġa joħroġ rebbieħ għalkemm din id-darba kellu jħallas prezz għoli. Minħabba vjolenza u xi xeni li jistgħu jimpressjonaw lit-tfal, ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena iżda tfal  ta’ eta`  iżgħar minn 12 –il sena, jistgħu jarawh jekk ikunu akkompanjati minn persuna adulta.