-
-
***
Direttur: Baltasar Kormakur
Atturi: Jason Clarke, Josh Brolin, Michael Kelly, John Hawkes, Robin Wright, Emily Watson, Keira Knightley, Sam Worthington u Jake Gyllenhaal
Ħin tal-Film: 121 min
KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG
KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12A
Film ispirat minn ġrajja li seħħet vera fl-10 ta’ Mejju 1996. Żewg timijiet ta’ xabbaturi kienu mħejjiha tajjeb biex jitilgħu fuq il-quċċata tal-Muntanja Everest minnaħa ta’ nofsinhar magħrufa aħjar bħala l-Muntanja tal-Ġenn. In-namra li dawn għandhom għal din l-avventura u lis-sfida serja li toffri tiswilhom ħafna flus. Ħafna mix xabbaturi jkunu lesti li jħallsu madwar $60,000. Illum -il ġurnata, dan l-isport sar kummerċjali, negozju mibdi minn Rob Hall. It-tim kien immexxi minn Rob Hall stess li kien qieghed jistenna tarbija. Rob, Scott Fisher u l-kollegi tagħhom huma l-protoganisti tal-film. Fosthom insibu lit-tabib minn Texas, Beck Weathers, il-ġurnalist Jon Krakauer u l-Ġappuniza, Yasuko Namba. Helen Walton kienet tmexxi u tikkordina bħala maniġer, l-kamp fejn kienet tibda l-avventura. Fil-film joħrog tajjeb li l-avventura mhix xi avventura affaxxinanti u l-kundizzjonjiet li wieħed jista’ jsib ruħu fihom huma tassew perikolużi u iebsa li ftit li xejn wieħed jista’ jimmaġina. Il-problema tiħrax aktar meta wieħed jibda joqrob il-quċċata fejn barra kesħa kbira, ikun hemm bżonn li wieħed igħin ruħu bl-ossiġnu. Jekk wieħed ikollu jistaqsi lil dawn ix-xabbaturi għaliex jħossu il-bżonn li jirriskjaw ħajjithom, ftit huma dawk li huma lesti li jagħtu risposta. Id-diżastru li nassistu għalih f’dan il-film kien meta qamet tempesta tant qalila li tmien xabbaturi spiċċaw ħażin. Kienet tassew il-ħila u d-determinazzjoni li numru minnhom salvaw.
Film bi 3D, taħt id-direzzjoni ta’ Baltazar Kormakur, ilaqqgħana ma’ Rob Hall, xabbatur espert, mexxej ta’ tim ta’ xabbaturi li xtaqu jitilgħu fuq il-Muntanja Everest. Din l-avventura kellha tmiem diżastruż. Fit-tieni parti tal-film nassistu għal problemi u diffikultajiet kbar li ltaqgħu magħhom dawn ix-xabbaturi. B’ xorti ħażina, huma u neżlin mill-muntanja, tempesta qalila tħalli t-tim f’qagħda diffiċli b’konsegwenza li mhux kulħadd jirnexxielu jaħroġ ħaj. Tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il, sena iżda persuni ta’ eta’ iżgħar minn12 –il sena, jistgħu jarawh jekk akkumpanjati minn persuna adulta.