• ***

    Direttur: Yann Demange
    Atturi: Jack O’Connell, Sean Harris, Paul Anderson
    Ħin: 99 minuta
     
    Maħruġ minn KRS Releasing Limited
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Żgħażugħ Ingliz, Jack Hook, hekk kif itemm it- temm it-taħriġ tiegħu, fl-1971 jintbagħat flimkien ma’ sħabu  l-Irlanda ta’ Fuq biex jgħin fiż-żamma tal-paċi f’Belfast bejn il-kattoliċi u l-protestanti. Hekk kif dawn is-suldati ġodda u bla esperjenza joħorġu fuq missjoni fit-toroq tal-belt isibu ruħhom f’nofs irvell u Jack jispiċċa mifrud minn sħabu, u wara li joqtlu lil sieħbu jfittex li jdabbar rashu biex isalva ġildu. X’ħin jibda jidlam Jack ma’ jkollu l-ebda ħjiel kif jista’ jerġa lura lejn il-barracks u jerġa jingħaqad ma’ sħabu, u għalhekk ikollu jiddependi fuq l-għajnuna ta’ tifel adolixxenti u ta’ koppja oħra. Sadanittant il-kmandant tiegħu jkun qed ifittxu bil-għajnuna ta’ żewġ spiji Inglizi, filwaqt li tlett irġiel vjolenti huma determinati li jsibuh u joqtluh.
     
    Film thriller li jżommok fuq ix-xwiek dwar l-esperjenza ta’ suldat żgħażugħ fis-snin bikrin tal-ġlied fl-Irlanda ta’ Fuq. Il-film juri l-qerq fuq iż-żewġ naħat tal-konflitt u għandu l-għan li jġiegħel l-udjenza taħseb aktar milli jagħti soluzzjonijiet. Fih xeni ta’ vjolenza qawwija u kliem ħażin. Jgħodd għal udjenza adulta.