• 300: Rise of an Empire

  • **

    Direttur:        Noam Murro
    Atturi:            Sullivan Stapleton, Rodrigo Santoro, Eva Green
    Ħin:                102 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja:      18
     
    Wara r-rebħa li kellha fuq it-tlett mitt suldat ta’ Sparta, l-armata tal-Persja, issa taħt it-tmexxija ta’ Xerxes, li jsejjaħ lilu nnifsu bniedem-alla, tkompli tavvanza biex tattakka l-bliet il-kbar tal-Greċja. Il-belt demokratika ta’ Ateni, l-ewwel waħda li tkun se tiġi attakkatta minn Xerxes,  tibbaża l-qawwa tagħha fuq il-flotta li kellha taħt it-tmexxija tal-Ammiral Themistokles. Minħabba t-theddida kbira li se jiffaċċja mill-armata u l-flotta tal-Persja, taħt il-kmand tal-qalila Artemisia, Themistokles kontra qalbu jipprova jagħmel allejanza ma’ Sparta, ir-rivali tradizzjonali ta’ Ateni, li għandha qawwa kbira minħabba l-flotta superjuri tagħha. Wara li Artemisia fl-aħħar tirbaħ fuq il-flotta ta’ Themistokles, Xerxes jattakka lil Ateni u jfarrakha. Themistokles jagħraf li l-uniku ċans li kellu biex isalva l-bqija tal-bliet Griegi huwa billi jerga’ jattakka u jeqred il-flotta ta’ Artemisia, iżda dan jiddependi minn jekk l-Ispartani jiġux biex jagħtuh daqqa t’id.
     
    Film drammatiku u t’azzjoni, fi 3D. Il-film jibda b’dak li seħħ qabel il-ġrajja tal-film 300, parti oħra sseħħ fl-istess żmien ta’ l-ewwel film, u l-aħħar parti wara dak il-film. Dan il-film jipprova jsegwi l-istess stil ta’ l-ewwel film iżda mhux interessanti daqshu. Il-film fih ħafna vjolenza mdemmiha u qtuh ta’ rjus u membri oħra tal-ġisem, nudita’ u kontenut sesswali. Jgħodd għal udjenza adulta.