Watch: Agostinian sisters celebrate 125 years in Malta
07/08/2019-
Is-sorijiet Agostinjani qed ifakkru l-125 preżenza tagħhom f’Malta meta waqqfu l-ewwel dar f’Ħal Qormi bis-saħħa tal-Isqof Pietru Pace fis-6 t’Awwissu tal-1894. L-Isqof Malti diġà kien midħla tas-sorijiet Agostinjani ta’ Casa Madre, fl-Italja, fejn kienu jinsabu xi sorijiet Maltin. Hu xtaq jiftaħ skola mmexxija mis-sorijiet tal-istess ordni għall-ġid tal-poplu Malti. Dan seħħ bil-miġja tal-ewwel erba’ sorijiet li kienu: Sr Cleofe Uberti u Sr Angela Tagliaferri mill-Italja, u Sr Giuliana u Sr Paolina Debrincat minn Għawdex…