New parish centre inaugurated in Balzan
An art exhibition by 15 artists living in Balzan
03/11/2018-
L‑Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea‑Curmi inawgura ċ‑ċentru parrokkjali l‑ġdid tal‑parroċċa ta’ Ħal Balzan, kif ukoll wirja kollettiva ta’ arti fl‑istess ċentru minn 15‑il artist li joqogħdu Ħal Balzan.
L‑Isqof Galea‑Curmi bierek il‑post u faħħar il‑ħidma u d‑dedikazzjoni ta’ kull min ħadem biex dan il‑proġett iseħħ, speċjalment ħidmet Mons. Karm Farrugia, il‑kappillan tal‑parroċċa tal‑Annunzjata (Ħal Balzan). L-Isqof qal li l‑Papa Franġisku, fl‑eżortazzjoni appostolika Evangelii Gaudium, jitkellem dwar kif fil‑proċess ta’ evanġelizzazzjoni, l‑arti għanda rwol importanti li tesprimi s‑sbuħija li tfakkarna fis‑sbuħija ta’ Alla u b’hekk tressaqna lejn dak li hu s‑sabiħ fil‑milja tiegħu, jiġifieri Ġesù Kristu…