Day of fasting and prayer for peace
17/02/2018-
Nhar il-Ħadd 4 ta’ Frar 2018, il-Papa Franġisku għamel stedina għal ‘Jum ta’ talb u sawm għall-paċi’ fit-23 ta’ Frar 2018. Il-Papa qal hekk waqt l-Anġelus:
“Quddiem is-sitwazzjoni traġika ta’ kunflitti li għadhom għaddejjin f’diversi nħawi tad-dinja, nistieden lill-fidili kollha għal ‘Jum ta’ talb u sawm għall-paċi’ fit-23 ta’ Frar li ġej, il-Ġimgħa tal-ewwel ġimgħa tar-Randan. Noffruha b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet tar-Republika Demokratika tal-Congo u tas-Sudan ta’ Isfel. L-istess bħal f’okkażjoniet simili, nistieden ukoll lill-aħwa mhux Kattoliċi u mhux Insara biex jingħaqdu ma’ din l-inizjattiva bil-mod li jidhrilhom l-aħjar, imma lkoll flimkien…