Liturgical celebrations to be led by Archbishop Charles J. Scicluna in November 2018
31/10/2018-
Il‑Ħamis 1 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.
Il‑Ġimgħa 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin Kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta…