“Nitolbu li fostna ma jinbitx dak li jagħmel il-gwerer possibli: spirtu ta’ vjolenza u mibegħda” – L-Arċisqof
Quddiesa Pontifikali f'Jum it-Tifkira
12/11/2017- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Konkatidral ta’ San Ġwann
12 ta’ Novembru 2017
“Ishru, mela, għax la tafu l-jum u lanqas is-siegħa” (Mt 25, 13). Dawn il-kliem ta’ Ġesù huma kliem mhux biss ta’ ċanfira imma anke pre-avviż. Qed jurina x’għandu jkun l-atteġġjament tagħna biex inkunu ppreparati għal dak il-jum tremend meta ngħaddu minn din il-ħajja għall-ħajja l-oħra…