Be an instrument of justice without fear or favour – The Archbishop to the Armed Forces of Malta
Mass on the day dedicated to the Armed Forces of Malta
25/10/2017- Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Konkatidral ta’ San Ġwann
25 ta’ Ottubru 2017
L-Ewwel Qari li smajna llum mill-ewwel ktieb ta’ Samwel (1 Sam 17, 1-10), jiddeskrivi l-preparamenti ta’ wieħed mill-iskontri l-iżjed famużi fit-Testment l-Antik: it-taqtigħa bejn Gulija, dan il-Filistin qawwi, twil u armat tajjeb, u David, li joħroġ f’isem Iżrael jirrispondi għall-arroganza ta’ Gulija u għall-prepotenza tiegħu bi żbandola b’ħames ċagħkiet…