Speech by Mons. Charles J. Scicluna during a Conference about Marian apparitions on the 19th May 2009
09/01/2016-
Il-Knisja tqis id-dehriet li jistgħu jkunu ta’ Ġesù, tal-Madonna jew tal-qaddisin, bħala don, bħala kariżma speċjali tal-Ispirtu. Għalhekk, aħna l-Insara rridu naċċettawhom, nilqgħuhom u nistħarrġuhom bħalma nistħarrġu bi gratitudni kbira u b’umiltà, kull don tal-Ispirtu. Tifhmu għalhekk li qegħdin nitkellmu fuq teżor kbir, u li rridu nużaw reqqa kbira biex nagħżlu dak li hu tajjeb minn dak li hu ħażin għax huwa qarrieqi…