Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of September 2016
02/09/2016- Is‑Sibt 3 ta’ Settembru 2016, fis‑2:30 p.m. (ħin ta’ Londra), Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑festa tal‑Madonna tal‑Vitorja, f’Westminster Cathedral, Londra, bħala parti miċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ Malta Day ‑ UK. Il‑Tlieta 6 ta’ Settembru, fis‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Velja ta’ Talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Carmelo Zammit, Isqof‑Elett ta’ Ġibiltà, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Gudja. Il‑Ħamis 8 ta’ Settembru, Festa Solenni tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof ser ikun wieħed mill‑Isqfijiet konsagranti fl‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Carmelo Zammit…