Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna talab lid-direttur tad-Dar tal-Providenza, Fr Martin Micallef, biex jagħmel talba bil-miktub lilu, bħala Arċisqof ta’ Malta, biex jitlob li jibda l-proċess għall-beatifikazzjoni tal-fundatur tad-Dar, Mons. Mikiel Azzopardi. Dan tħabbar waqt messaġġ li l-Arċisqof għamel fl-inawgurazzjoni ta’ Misraħ San Giovanni XXIII, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.
Fr Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza, iddeskriva lil Dun Mikiel bħala qassis qaddis, dinamiku u li kien kapaċi joħlom u jwettaq…