Nhar it-Tlieta 11 ta’ Novembru 2014, l-Isqof Charles J. Scicluna mexxa iċ-ċerimonja annwali ta’ gradwazzjoni tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali fis-Seminarju, tal-Virtù. Matul din iċ-ċerimonja iggradwaw 142 persuna li, matul l-aħħar sena akkademika, temmew b’suċċess wieħed mit-13-il kors differenti li offra l-Istitut flimkien ma’ entitajiet ohra fil-Knisja. Iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni bdiet b’Quddiesa ta’ ringrazzjament, u wara saret il-presentazzjonijiet taċ-ċertifikati. Il-korsijiet li temmew il-parteċipanti kienu ta’ livelli erbgħa, ħamsa u u sitta tal-Malta Qualifications Framework (MQF) u tal-European Qualifications Framework (EQF) kif ġej:
• Human Experience of God (livell 4)
• General Education Award in Evangelisation (livell 4)
• General Education Award in Youth Leadership (livell 4)
• Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry (livell 5)
• Higher Education Award in Family Ministry (livell 5)
• Higher Education Award in Missiology (livell 5)
• Higher Education Award in Catholic Social Teaching (livell 5)
• Higher Education Award in Liturgy (livell 5)
• Higher Education Award in Christian Leadership II (livell 5)
• Higher Education Award in Parish Nursing (livell 5)
• Higher Education Award in Carmelite Spirituality (livell 5)
• Diploma in Spiritual Accompaniment (livell 5)
• Diploma in Christian Leadership (livell 6)
L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali twaqqaf fl-2005 biex iwieġeb għas-sejħa li ħarġet mis-Sinodu Djoċesan li joffri formazzjoni lill-Insara għall-ħtiġijiet reali tas-soċjetà u joffri formazzjoni lil dawk il-persuni li iħossu l-bżonn li jimpenjaw ruħħom b’mod attiv fil-fidi tagħhom…