The feast of St Catherine’s in Zejtun
28/05/2013Wara l-mewt tal-Arċipriet Dun Eric Overand,
wara li l-Awtoritajiet tal-Knisja kienu kkonsultaw lis-Soċjetajiet Soċjali marbuta mal-Festa taż-Żejtun li lkoll qablu li joqgħodu għad-deċizjoni tal-Kurja, u
wara li fid-9 ta’ Mejju l-Kurja ħabbret li tħassret din il-Festa,
Monsinjur Arċisqof, kif kien mitlub, iddeċieda li jikkonsidra mill-ġdid din id-deċiżjoni. Għalhekk saret proposta lill-istess Soċjetajiet li ssir Festa b’attivitajiet imnaqqsa. Fit-22 ta’ Mejju 2013, Dun Gino Gauci, bħala l-Amministrattur Parrokkjali, ressaq din il-proposta f’forma ta’ working paper quddiem is-Soċjetajiet… Read more »