L-Abbozz ta’ liġi, imressaq mill-Onorevoli Manuel Mallia, il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, f’isem il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, u moqri għall-ewwel darba fis-seduta tat-30 ta’ Settembru 2013, għandu bħala għanijiet u raġunijiet l-introduzzjoni tad-dritt li l-persuni, kemm jekk tal-istess sess jew ta’ sess oppost, jidħlu f’unjoni ċivili.
Il-prinċipju taħt dan l-att jew l-abbozz, “hu li jekwipara l-unjoni ċivili u ż-żwieġ mil-lat ta’ proċedura u sustanza, b’mod li jiggarantixxi d-drittijiet ugwali lill-imsieħba f’unjoni ċivili hekk kif inhi garantita lill-konjugi fiż-żwieġ”…