MASS FOR MALTESE EMIGRANTS WHO PASSED AWAY
26/11/2011Il-Kummissjoni Emigranti li segwiet mill-qrib u ħadet interess fil-każ ta’ ħruq fid-Dar tal-Anżjani fi Quakers Hill ġewwa Sydney, l-Awstralja, ttenni d-dispjaċir tagħha għal dak li ġara u għat-tbatija li kellu jgħaddi minna kull min ġarrab din l-esperjenza kera.
Il-Kummissjoni tixtieq twassal ukoll il-kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Ceasar Galea, wieħed minn ħutna Maltin li tilef ħajtu f’din it-traġedja.
Nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni Emigranti ser tiċċelebra quddiesa b’sufraġju għal ruħ dawk kollha li mietu fl-artijiet tal-Emigrazzjoni filwaqt li matul il-Quddiesa ser tiftakar b’mod speċjali f’dan ħuna li tilef ħajtu f’din it-traġedja… Read more »