RELIGIOUS FUNCTIONS PRESIDED OVER BY THE ARCHBISHOP
24/12/2010Il-funzjonijiet reliġjużi li l-Arċisqof Pawlu Cremona OP se jmexxi fl-okkażjoni tal-Milied jibdew fil-Lejl tal-Milied, meta Mons. Cremona jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-Katidral, l-Imdina. Il-funzjoni tibda fil-11.00 p.m. Il-Quddiesa mill-Arċisqof tkun f’nofs il-lejl.
Nhar il-Milied, Mons. Arċisqof imexxi Quddiesa Stazzjonali Konċelebrata fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, fid-9.15 a.m.
Il-Ħadd, 26 ta’ Diċembru, mid-9.00 a.m. sal-11.30 a.m. l-Arċisqof se jkun il-Kurja, Floriana, biex jilqa’ lil kull min jixtieq iżuru personalment biex jagħtih l-awguri ta’ żmien il-Milied u l-bidu ta’ Sena Ġdida… Read more »