• Gospel of the day -18th May

  • John 21, 20-25
  • John 21, 20-25
  • Peter turned and saw the disciple whom Jesus loved following them — the one who had leant back close to his chest at the supper and had said to him, ‘Lord, who is it that will betray you?’ Seeing him, Peter said to Jesus, ‘What about him, Lord?’ Jesus answered, ‘If I want him to stay behind till I come, what does it matter to you? You are to follow me.’ The rumour then went out among the brothers that this disciple would not die. Yet Jesus had not said to Peter, ‘He will not die,’ but, ‘If I want him to stay behind till I come.’ This disciple is the one who vouches for these things and has written them down, and we know that his testimony is true. There was much else that Jesus did; if it were written down in detail, I do not suppose the world itself would hold all the books that would be written.

    The Saint of the day: St John I

    Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu, ‘Mulej, min hu li se jittradik?’ Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? Int imxi warajja!” B’hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak id-dixxiplu ma kienx se jmut. Madankollu Ġesù ma qalx li ma kienx se jmut, imma biss, ‘Jekk irridu jibqa’ sa ma niġi, inti x’inhi affarik?’ Dan huwa d-dixxiplu li qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu u li kiteb dawn il-ħwejjeġ, u aħna nafu li x-xhieda tiegħu hi minnha. Iżda hemm ukoll bosta ħwejjeġ oħra li għamel Ġesù. Li kieku wieħed kellu jikteb kollox ħaġa b”ħaġa, naħseb li anqas id-dinja stess ma kienet tesagħhom il-kotba li kienu jinkitbu.

    Il-Qaddis tal-jum: San Giovanni I