Feast of the Epiphany of the Lord

Matthew 2, 1-12

After Jesus had been born at Bethlehem in Judaea during the reign of King Herod, suddenly some wise men came to Jerusalem from the east asking, ‘Where is the infant king of the Jews? We saw his star as it rose and have come to do him homage.’ When King Herod heard this he was perturbed, and so was the whole of Jerusalem. He called together all the chief priests and the scribes of the people, and enquired of them where the Christ was to be born. They told him, ‘At Bethlehem in Judaea, for this is what the prophet wrote: And you, Bethlehem, in the land of Judah, you are by no means the least among the leaders of Judah, for from you will come a leader who will shepherd my people Israel.’ Then Herod summoned the wise men to see him privately. He asked them the exact date on which the star had appeared and sent them on to Bethlehem with the words, ‘Go and find out all about the child, and when you have found him, let me know, so that I too may go and do him homage.’ Having listened to what the king had to say, they set out. And suddenly the star they had seen rising went forward and halted over the place where the child was. The sight of the star filled them with delight, and going into the house they saw the child with his mother Mary, and falling to their knees they did him homage. Then, opening their treasures, they offered him gifts of gold and frankincense and myrrh. But they were given a warning in a dream not to go back to Herod, and returned to their own country by a different way.

Festa tal-Epifanija tal-Mulej

Mattew 2, 1-12

Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.” Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u  l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled   il-Messija. U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta: ‘U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, le, m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael.’ Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba; bagħathom Betlehem u qalilhom: “Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu.” Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel. Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew. Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija, nxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra. Mbagħad, billi kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq oħra.