Easter Saturday

Mark 16,9-15

Having risen in the morning on the first day of the week, he appeared first to Mary of Magdala from whom he had cast out seven devils. She then went to those who had been his companions, and who were mourning and in tears, and told them. But they did not believe her when they heard her say that he was alive and that she had seen him. After this, he showed himself under another form to two of them as they were on their way into the country. These went back and told the others, who did not believe them either. Lastly, he showed himself to the Eleven themselves while they were at table. He reproached them for their incredulity and obstinacy, because they had refused to believe those who had seen him after he had risen. And he said to them, ‘Go out to the whole world; proclaim the gospel to all creation.

Is-Sibt wara l-Għid

Mark 16,9-15

Wara li Ġesù qam mill-mewt fil-għodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala, li minnha kien keċċa seba’ xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku. Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex. Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba’. U huma reġgħu lura u taw l-aħbar lill-oħrajn, imma anqas lil dawn ma emmnuhom. Fl-aħħar wera ruħu lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u ċanfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa li ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li qam mill-mewt. U qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu.