Seventh Sunday in Ordinary Time

Mark 2, 1-12

When he returned to Capernaum, some time later word went round that he was in the house; and so many people collected that there was no room left, even in front of the door. He was preaching the word to them when some people came bringing him a paralytic carried by four men, but as they could not get the man to him through the crowd, they stripped the roof over the place where Jesus was; and when they had made an opening, they lowered the stretcher on which the paralytic lay. Seeing their faith, Jesus said to the paralytic, ‘My child, your sins are forgiven.’ Now some scribes were sitting there, and they thought to themselves,  ‘How can this man talk like that? He is being blasphemous. Who but God can forgive sins? And at once, Jesus, inwardly aware that this is what they were thinking, said to them, ‘Why do you have these thoughts in your hearts? Which of these is easier: to say to the paralytic, “Your sins are forgiven” or to say, “Get up, pick up your stretcher and walk”? But to prove to you that the Son of man has authority to forgive sins on earth’ — he said to the paralytic-‘I order you: get up, pick up your stretcher, and go off home.’ And the man got up, and at once picked up his stretcher and walked out in front of everyone, so that they were all astonished and praised God saying, ‘We have never seen anything like this.’

The Saint of the day: St Conrad Confalonieri


Is-Seba’ Hadd tas-Sena

Mark 2, 1-12

Meta wara xi ġranet daħal Kafarnahum, in-nies semgħet li kien id-dar. U nġabru bosta, hekk li ma kienx hemm fejn joqogħdu iżjed, anqas quddiem il-bieb. U qagħad ixandrilhom il-kelma. U marru ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, merfugħ minn erbgħa min-nies. Billi ma setgħux jersqu sa ħdejh minħabba l-kotra, qalgħu s-saqaf ta’ fuqu, fetħu toqba, u niżżlu minnha l-friex li fuqu kien mimdud il-mifluġ. Meta ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Ibni, dnubietek maħfura.” Mela kien hemm bilqiegħda xi wħud mill-kittieba, u f’qalbhom bdew jgħidu: “Dan kif qiegħed jitkellem hekk? Dan qiegħed jidgħi! Min jista’ jaħfirhom id-dnubiet ħlief Alla biss?” Malli Ġesù ntebaħ fih innifsu x’kienu qegħdin jgħidu bejnhom u bejn ruħhom qalilhom: “Għaliex qegħdin taħsbu hekk f’qalbkom? X’inhu l-eħfef, tgħid lill-mifluġ, ‘Dnubietek maħfura’, jew tgħidlu, ‘Qum u aqbad friexek u imxi’? Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet fuq l-art,” qal   lill-mifluġ, “Qum, qiegħed ngħidlek, aqbad friexek u mur lejn darek.” Dak qam, qabad malajr friexu, u ħareġ ‘il barra quddiem kulħadd. U kulħadd stagħġeb, u bdew ifaħħru lil Alla u jgħidu: “Ħwejjeġ bħal dawn qatt ma rajniehom.”

Il-Qaddis tal-jum: San Kurradu Confalonieri