‘You are martyrs’ – The Archbishop to Maltese missionaries
20/07/2017-
F’laqgħa mal-missjunarji Maltin imxerrda madwar id-dinja u li bħalissa jinsabu Malta għal btala, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ddeskriviehom bħala martri, għaliex fi kliemu, biex tkun martri m’hemmx bżonn it-tixrid ta’ demm.
“Hemm tipi differenti ta’ martirji,” saħaq l-Arċisqof, fosthom il-martirju tal-karità, tal-ubbidjenza u taċ-ċaħda.
Għal-laqgħa li saret f’Dar Emigrant, il-Belt Valletta, attendew missjunarji li jaħdmu f’pajjiżi foqra, oħrajn li jaħdmu fi sptarijiet u oħrajn li jieħdu ħsieb l-Evanġelizzazzjoni f’aktar minn parroċċa waħda, u hemm min jaħdem ukoll fil-komunitajiet ta’ emigranti Maltin…