Mass on the World Day of the Sick to be celebrated in Cospicua
06/02/2019-
Nhar it-Tnejn li ġej, 11 ta’ Frar 2019, madwar id-dinja ser jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Morda, li twaqqaf minn San Ġwanni Pawlu II 27 sena ilu. Kull 11 ta’ Frar tiġi mfakkra wkoll l-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes.
Fil-fatt, din is-sena dan il-jum ser jaħbat mal-175 anniversarju mit-twelid ta’ Santa Bernardette Sounirous u l-140 anniversarju mill-mewt tagħha. Santa Bernardette kella x-xorti tara u titkellem mal-Madonna għal 18-il darba…