Watch: Priests reflect on how to continue spreading the joy of the Gospel to society
In-service course for the clergy
21/06/2022“Il‑ferħ tal‑Knisja hu li tevanġelizza” huwa s‑suġġett li ntagħżel għall‑Aġġornament tal‑Kleru 2022 sabiex is‑saċerdoti djoċesani u reliġjużi jsaħħu l‑mixja flimkien bħala Knisja f’Malta. Dan sar f’rabta mal‑proċess tas‑Sinodu fuq is‑sinodalità li nieda l‑Papa Franġisku sabiex jissaħħaħ is‑sens ta’ komunjoni, parteċipazzjoni u missjoni fil‑Knisja kollha madwar id‑dinja.
Għal dawn it‑tlitt ijiem ta’ aġġornament ġew mistiedna diversi professjonisti li għenu lis‑saċerdoti jirriflettu fuq kif għandna nerġgħu niskopru l‑qalba tal‑fidi tagħna u kif il‑Knisja għandha toħroġ miċ‑ċirku tagħha u ma tibżax taqbad toroq ġodda ta’ kif ixxandar l‑Evanġelju… Read more »