A further €1.7 m investment toward restoration of Jesuits’ Church in Valletta
13/08/2022F’għeluq is-sena mit-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar investiment ta’ €1.7 miljun f’xogħlijiet ta’ restawr fil-Knisja u l-Kulleġġ tal-Ġiżwiti li se jiżdiedu mat-€2.8 miljun li diġà ġew investiti mill-2015 sal-lum, sabiex din il-ġawhra patrimonjali tirritorna għall-istat glorjuż tagħha u tkompli titgawda mill-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
Il-Knisja kienet inbniet bejn l-1593 u l-1609 mill-Ordni tal-Ġiżwiti u fiha xogħlijiet ta’ arti ta’ Mattia Preti, Giovanni Battista Caracciolo, Stefano Erardi u Alessio Erardi, fost oħrajn, u l-artal titulari huwa magħmul minn Filippo Paladini… Read more »